26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/45
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Sonova Holding vs EUIPO (HEAR THE WORLD)
(Kawża T-70/18)
(2018/C 112/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sonova Holding AG (Stäfa, l-Isvizzera) (rappreżentant: R. Pansch u A. Sabellek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “HEAR THE WORLD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 274 426
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1645/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy