26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/47
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Visi/one vs EUIPO – EasyFix (Displays tal-informazzjoni għal vetturi)
(Kawża T-74/18)
(2018/C 112/59)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Visi/one GmbH (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Bourree u M. Bartz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EasyFix GmbH (Vjenna, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 1391114-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1424/2016-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy