26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/47
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – MPM-Quality vs EUIPO – Elton Hodinářská (MANUFACTURE PRIM 1949)
(Kawża T-75/18)
(2018/C 112/60)
Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: MPM-Quality v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elton Hodinářská a.s. (Nové Město nad Metují, ir-Repubblika Ċeka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Manufacture PRIM 1949” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 531 662
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 556/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 18 u tal-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1001/2017;
—
Ksur tal-Artikolu 10(3) et seq. u tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 1430/2017.
Full & Egal Universal Law Academy