16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/25
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CN vs Il-Parlament
(Kawża T-76/18)
(2018/C 134/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CN (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tordna lill-konvenut jipproduċi s-sejbiet tal-Kumitat APA, il-minuti tas-smigħ tax-xhieda li nstemgħu mill-Kumitat APA u l-fajl mibgħut lill-President tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 10 tar-Regoli Interni għall-Kumitat APA;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, jekk neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas EUR 68 500 bħala kumpens għad-danni morali sostnuti mir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-dritt għal smigħ u tad-drittijiet tad-difiża u tad-dmir ta’ premura, li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata f'dan il-każ, jiġifieri d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad it-talba ta’ assistenza tar-rikorrent.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tal-Artikolu 31 tal-Karta, tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dmir ta’ premura.
Full & Egal Universal Law Academy