16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/26
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 – VE vs ESMA
(Kawża T-77/18)
(2018/C 134/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: VE (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016 tar-rikorrent sa fejn jevalwa r-rendiment tar-rikorrent bħala “mhux sodisfaċenti”;
—
tannulla wkoll, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tal-ESMA tas-6 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
tordna l-kumpens tad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent, stmat ex aequo et bono bħala EUR 10 000; u
—
tordna r-rimbors tal-ispejjeż kollha sostnuti mill-avukati tiegħu għall-finijiet ta’ dan ir-rikors.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq illegalità sa fejn il-Gwida dwar l-evalwazzjonijiet ġie adottat mill-ESMA mingħajr ma kien ippreżentat minn qabel lill-Kumitat tal-Persunal skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 43(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Gwida dwar l-evalwazzjonijiet sa fejn il-konvenut wettaq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni:
—
żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet prinċipali tar-rikorrent fir-rigward tal-kriterji “Effiċjenza”, “Abbiltajiet” u “Kondotta”; u
—
żbalji ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet l-oħra tar-rikorrent.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tal-problemi tas-saħħa tar-rikorrent u fir-rigward tal-assenza ta’ indikazzjonijiet mogħtija lir-rikorrent, kif ukoll fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol sfavorevoli u l-assenza ta’ taħriġ adegwat.
Full & Egal Universal Law Academy