16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/27
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – Bekat vs EUIPO – Borbet (ARBET)
(Kawża T-79/18)
(2018/C 134/38)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Arif Oliver Bekat (Esslingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Borbet GmbH (Hallenberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “ARBET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 320 915
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1117/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad ir-rikors tal-intervenjenti tas-26 ta’ Mejju 2017 kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-30 ta’ Marzu 2017;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy