16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/28
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CH vs Il-Parlament
(Kawża T-83/18)
(2018/C 134/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CH (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tordna lill-konvenut jippreżenta l-konklużjonijiet tal-Kumitat APA, il-minuti tax-xhieda mogħtija quddiem il-Kumitat APA, u l-fajl ikkomunikat lill-President tal-Parlament Ewropew abbażi tal-Artikolu 10 tar-regolamentazzjoni interna tal-Kumitat APA;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas EUR 68 500, bħala kumpens għad-diversi danni morali tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-dritt għal smigħ u tad-dritt tad-difiża u tad-dmir ta’ premura, li hija vvizjata bih id-deċiżjoni kkontestata f’dan il-każ, jiġifieri d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiġi miċħuda l-applikazzjoni għal assistenza tar-rikorrenti.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-Artikolu 31 tal-Karta, tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dmir ta’ premura.
Full & Egal Universal Law Academy