16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/30
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (CAFE DEL SOL)
(Kawża T-90/18)
(2018/C 134/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Café del Sol – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 104 608
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1096/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara ammissibbli l-oppożizzjoni bbażata fuq it-trade mark prijoritarja li l-opponent, Ramón Guiral Broto, huwa proprjetarju tagħha, jiġifieri t-trade mark Spanjola Nru 2348110, fil-klassi 42 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice.
—
tikkonferma d-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, sa fejn din ċaħdet l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Nru 6 104 608 għal “servizzi għal provvista ta’ ikel u xorb, akkomodazzjoni temporanja u catering” fil-klassi 43 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice, ippreżentata mill-kumpanija kummerċjali Gastro & Soul GmbH, minħabba probabbiltà ta’ konfużjoni tal-konsumatur li tirriżulta mill-konvivenza tat-trade marks kunfliġġenti, fid-dawl tal-allegat xebh verbali u identiċità fl-applikazzjoni bejn dawn tal-aħħar; jew, f’każ li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li ma hijiex kompetenti, tibgħat lura t-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u tordna l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ koerenza u ksur tad-drittijiet tad-difiża u taċ-ċertezza legali tal-applikant sa fejn dan ġie mċaħħad espressament mill-possibbiltà ta’ traduzzjoni kompleta tat-trade mark prijoritarja kif mitluba fir-rikors 1096/2017-4, li wassal għal ksur ta’ wieħed mill-għanijiet fundamentali tar-rinvju tal-kawża quddiem il-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO kif ordnat mis-sentenza mogħtija minn din l-onorabbli qorti fit-13 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-549/15, li fiha sar rinviju ġdid għall-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO sabiex issib rimedju u konsegwentement issolvi l-kawża.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy