16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/31
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2018 – Equity Cheque Capital Corporation vs EUIPO (DIAMOND CARD)
(Kawża T-91/18)
(2018/C 134/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Equity Cheque Capital Corporation (Victoria, il-Kanada) (rappreżentanti: I. Berkeley, barrister, P. Wheeler u C. Rani, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni DIAMOND CARD – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 775 422
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1544/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy