16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/32
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Cabell vs EUIPO – Zorro Productions (ZORRO)
(Kawża T-96/18)
(2018/C 134/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Robert W. Cabell (Renton, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Bröcker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zorro Productions, Inc. (Berkeley, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċediementi quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ZORRO – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 399 787
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1637/2015-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 399 787 għall-prodotti u s-servizzi kollha kkontestati;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy