16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/33
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2018 – DeepMind Technologies vs EUIPO (STREAMS)
(Kawża T-97/18)
(2018/C 134/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DeepMind Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. St Quintin, barrister, K. Gilbert u G. Lodge, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “STREAMS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 166 176
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 35/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tikser l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, alternattivament;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fuq l-istess bażi;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy