30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/40
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Wehrheim vs BĊE
(Kawża T-100/18)
(2018/C 152/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Christine Wehrheim (Offenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
1.
tannulla:
—
id-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal kumpens għad-dannu mġarrab minħabba l-fatt li neħħielha l-[allowance tal-espatrijazzjoni] tagħha (imressqa fl-10 ta’ Mejju 2017) u datata 3 ta’ Lulju 2017;
—
sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni ta’ ċaħda espliċita tal-appell tagħha (ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2017) kontra din id-deċiżjoni, datata 21 ta’ Diċembru 2017;
2.
tikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas kumpens kif mitlub mir-rikorrenti fit-talbiet tagħha:
—
id-differenza fir-remunerazzjoni sakemm tibqa’ impjegata fi ħdan l-istituzzjoni taħt il-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal permamenti, jiġifieri EUR 700,53 fix-xahar minn April 2017;
—
l-ispejjeż taċ-ċaqliq addizzjonali għal EUR 1 079,10 diġà aċċettati, jiġifieri EUR 1 000 addizzjonali;
—
id-dannu psikoloġiku mġarrab fl-ammont ta’ EUR 2 000;
—
l-ammonti kollha miżjuda bl-interessi bir-rata legali sakemm isir il-ħlas kollu;
3.
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-fatt l-amministrazzjoni konvenuta naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ assistenza billi ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ premura u billi ħolqot aspettattiva li tidher b’mod ċar li ma tistax tintlaħaq fil-konfront tar-rikorrenti u li tikkonsisti fl-għoti ta’ allowance tal-espatrijazzjoni filwaqt li hija ma kinitx tissodisfa, mill-bidu, il-kundizzjonijiet meħtieġa mir-Regolamenti tal-Persunal għal dan il-għan. Dan l-iżball ikkawża dannu li għandu rabta kawżali diretta man-nuqqas tal-istituzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy