16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/37
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Deray vs EUIPO – Charles Claire (LILI LA TIGRESSE)
(Kawża T-105/18)
(2018/C 134/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: André Deray (Bry-sur-Marne, Franza) (rappreżentant: S. Santos Rodríguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Charles Claire LLP (Weybridge Surrey, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LILI LA TIGRESSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 015 064 462
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1244/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Charles Claire LLP għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura amministrattiva quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy