23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/58
Rikors ippreżentat fit-20 ta’ Frar 2018 – Laverana vs EUIPO – Agroecopark (VERA GREEN)
(Kawża T-106/18)
(2018/C 142/75)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laverana GmbH & Co.KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u R. Drozdz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agroecopark (Majadahonda, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “VERA GREEN” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 068 646
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 982/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy