14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/32
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Universität Koblenz-Landau vs Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura
(Kawża T-108/18)
(2018/C 166/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Universität Koblenz-Landau (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. von der Lühe u I. Michel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta bir-referenza OF/2016/0720-EACEA UKOLD tal-21 ta’ Diċembru 2017;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta bir-referenza OF/2016/0720 tas-7 ta’ Frar 2018;
—
tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta bir-referenza OF/2016/0720 tal-21 ta’ Diċembru 2017 u tas-7 ta’ Frar 2018 u n-nota ta’ debitu tal-konvenuta Nru 3241802552 tat-13 ta’ Frar 2018 sal-għeluq definittiv tal-proċedura ta’ annullament kontra d-deċiżjonijiet ikkontestati permezz ta’ dan ir-rikors;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża.
Ir-rikorrenti ssostni li ntlaħqet deċiżjoni finali prematura, minkejja li kien fattwalment stabbilit li, minkejja ebda nuqqas min-naħa tar-rikorrenti, kien oġġettivament impossibbli fid-data tad-deċiżjoni li jitressqu dokumenti li kienu jipprovaw applikazzjoni korretta tal-fondi. Minbarra dan, l-impossibbiltà oġġettiva u mingħajr nuqqas tal-provvista ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti ta’ sostenn hija biss ta’ natura temporanja.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tad-dritt Ewropew.
Barra minn hekk, id-deċiżjoni ta’ rkupru tikser l-Artikolu 5(4) TFUE kif ukoll l-Artikolu 135(4) tar-Regolament Finanzjarju u l-ftehim bejn il-partijiet, peress li ma jitwettqux ir-rekwżiti fattwali għall-irkupru.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-miżuri ta’ rkupru
Id-deċiżjonijiet ta’ rkupru kienu biss sottomissjonijiet superfiċjali u ġenerali, mingħajr ma saru eżamijiet individwali u għalhekk il-kontenut tagħhom ma jistax jinftiehem.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
L-irkupru tal-ammont sħiħ seta’ jeħħ biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li ma jseħħux, bħala ultima ratio.
Full & Egal Universal Law Academy