7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/53
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2018 – VI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-109/18)
(2018/C 161/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: VI (rappreżentanti: G. Pandey u V. Villante, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
preliminarjament, fejn huwa xieraq, tiddikjara l-invalidità u n-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal f’din il-kawża skont l-Artikolu 270 TFUE;
—
tannulla, fl-ewwel lok, id-deċiżjoni tal-EPSO tal-14 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq fit-13 ta’ Lulju 2017, inkluża t-talba tar-rikorrent għal kumpens ta’ EUR 50 000;
—
tannulla, fit-tieni lok, id-deċiżjoni tal-EPSO tad-19 ta’ April 2017 li tiċħad it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla li ma jdaħħlux fil-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni;
—
tannulla, fit-tielet lok, id-deċiżjoni tas-6 ta’ Frar 2017 li tidher fil-kont tal-internet tal-EPSO li ma jinkludix l-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ kandidati magħżula għall-finijiet tal-kompetizzjoni tal-EPSO/AD/323/16;
—
tannulla, fir-raba’ lok, l-avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/323/16, ippubblikat fis-26 ta’ Mejju 2016, u, fl-intier tiegħu, l-abbozz tal-lista konsekuttiva ta’ kandidati magħżula biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni ċċitata iktar ’il fuq;
—
takkorda s-somma ta’ EUR 50 000 lir-rikorrent, bħala kumpens tad-dannu subit li jirriżulta mill-illegalità td-deċiżjonijiet ikkontestati ċċitati iktar ’il fuq; u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-EPSO/tal-bord tal-għażla tal-esperjenza professjonali tar-rikorrent, li tirriżulta fi ksur tal-Anness III tal-avviż ta’ kompetizzjoni inkwistjoni li jispeċifika l-esperjenza professjonali meħtieġa.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt għal smigħ tar-rikorrent, kif ukoll tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-Artikolu 296 TFUE.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tar-Regolament Nru 1/58 (1), tal-ksur tal-Artikoli 1(d) u 28 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.
(1) Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy