30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/42
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 – Pink Lady America vs CPVO – WAAA (Cripps Pink)
(Kawża T-112/18)
(2018/C 152/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pink Lady America LLC (Yakima, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Manno u S. Travaglio, avukati)
Konvenut: L-Uffiċju Komunitarju dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Western Australian Agriculture Authority (WAAA) (South Perth, l-Awstralja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem is-CPVO
Proprjetarju tal-varjetà tal-pjanti Komunitarjai kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Varjetà tal-pjanti Komunitarja kontenzjuża kkonċernata: Dritt ta’ varjetà tal-pjanti Komunitarja Nru EU1640, varjetà tat-tuffieħ Cripps Pink
Proċedimenti quddiem l-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-CPVO tal-14 ta’ Settembru 2017 fil-Każ A 007/2016
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla l-varjetà tas-siġra tat-tuffieħ Cripps Pink CPVR Nru 1640 għal nuqqas ta’ novità skont l-Artikolu 10 flimkien mal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2100/94;
—
tikkundanna lill-CPVO u lil Western Australian Agriculture Authority għall-ispejjeż.
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tad-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 10 u 20 tar-Regolament Nru 2100/94;
—
Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 2100/94 u l-prinċipji ġenerali tal-liġi dwar iċ-ċertezza legali u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja flimkien mal-Artikolu 50(3) tar-Regolament Nru 874/2009.
Full & Egal Universal Law Academy