23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/63
Rikors ippreżentat fi 27 ta Frar 2018 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Shimano Europe (PRO)
(Kawża T-122/18)
(2018/C 142/81)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Berger u A. Marx, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shimano Europe BV (Nunspeet, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “PRO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 468 904
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1332/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal oppożizzjoni Nru 002654773, imressqa kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 468 904;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, u
—
tikkundanna lil Shimano Europe BV għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy