23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/64
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Bayer Intellectual Property vs EUIPO (rappreżentazzjoni ta’ qalb)
(Kawża T-123/18)
(2018/C 142/82)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bayer Intellectual Property GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni (rappreżentazzjoni ta’ qalb) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 701 568
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 145/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO; u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy