23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/65
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Van Haren Schoenen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-126/18)
(2018/C 142/83)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: van Haren Schoenen BV (Waalwijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens, A. Willems u M. Meulenbelt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE minħabba l-assenza ta’ bażi legali tar-regolament ikkontestat u, sussidjarjament, fuq ksur tal-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali sanċit fl-Artikolu 13(2) TUE.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 226 TFUE, minħabba n-nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74).
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 1(1) u 10(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (1) u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali fl-istabbiliment ta’ dazji antidumping fuq merkanzija li tiġi rilaxxata għal ċirkulazzjoni libera.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1036 sa fejn id-dazji antidumping ġew stabbiliti mingħajr evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni. Ir-rikorrenti tqis li, fi kwalunkwe każ, hija manifestament żbaljata d-deċiżjoni li l-istabbiliment ta’ dazji antidumping kien fl-interess tal-Unjoni.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, sa fejn ġie adottat att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq l-għan tiegħu.
(1) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (GU 2016, L 176, p. 21).
Full & Egal Universal Law Academy