23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/66
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Cortina u FLA Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-127/18)
(2018/C 142/84)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Cortina (Oudenaarde, il-Belġju) u FLA Europe (Oudenaarde) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens u A. Willems, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ir-rikors ammissibbli;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE minħabba l-assenza ta’ bażi legal tar-regolament ikkontestat u, sussidjarjament, fuq ksur tal-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali sanċit fl-Artikolu 13(2) TUE.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 226 TFUE, minħabba n-nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74).
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, sa fejn ġie adottat att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq l-għan tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy