23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/66
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – IQ Group Holdings Berhad vs EUIPO – Krinner Innovation (Lumiqs)
(Kawża T-133/18)
(2018/C 142/85)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IQ Group Holdings Berhad (Heckmondwike, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Carter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Krinner Innovation GmbH (Straßkirchen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea Lumiqs – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 220 053 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 983/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tawtorizza lir-rikorrenti tipproċedi bir-reġistrazzjoni fir-rigward tal-prodotti kkontestati kif emendata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2017/1001
Full & Egal Universal Law Academy