23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/67
Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Marzu 2018 – Monster Energy vs EUIPO – Nordbrand Nordhausen (BALLER’S PUNCH)
(Kawża T-134/18)
(2018/C 142/86)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nordbrand Nordhausen GmbH (Nordhausen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “BALLER’S PUNCH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 823 306
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 998/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-13 ta’ Marzu 2017 fl-Oppożizzjoni B002643172;
—
tirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-oppożizzjoni għall-oġġetti kollha koperti bl-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/2001.
Full & Egal Universal Law Academy