14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/34
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Kuota International vs EUIPO – Sintema Sport (K)
(Kawża T-136/18)
(2018/C 166/44)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Kuota International Corp. Ltd (il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: C. Herissay Ducamp, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sintema Sport Srl (Albiate, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva K – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 380 771
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 3111/2014-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
taqta’ u tiddeċiedi li dan ir-rikors huwa ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija qieset li r-rikorrenti ma tatx il-prova tal-mala fide u sa fejn qieset li l-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea ma tistax tintlaqa’;
—
tannulla t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 380 771 abbażi tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Arikolu 59(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy