7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/57
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Confédération nationale du Crédit mutuel et vs BĊE
(Kawża T-145/18)
(2018/C 161/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Confédération nationale du Crédit mutuel (Pariġi, Franza) u 37 rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-BĊE NruoECB/SSM/2017 – 9695000CG7B84NLR5984/207 tad-19 ta’ Diċembru 2017, sa fejn dan jistabbilixxu miżuri li għandhom jiġu adottati fuq l-impenji ta’ ħlas irrevokabbli fir-rigward tas-sistemi ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;
—
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-143/18, Société générale vs BĊE.
Full & Egal Universal Law Academy