14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/37
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2018 – UE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-148/18)
(2018/C 166/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: UE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fl-20 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-ilment tagħha relatat ma’ talba għal kumpens għad-dannu sostnut minnha;
—
tingħata kumpens għad-dannu morali sostnut minħabba nuqqas tal-konvenuta, evalwat għas-somma ta’ EUR 10 000 u;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-konvenuta tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-Artikolu 41 tal-Karta dwar il-prinċipju tat-terminu raġonevoli.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-osservanza mir-rikorrenti tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli fil-preżentata tat-talba għal assistenza tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy