7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/58
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Arkéa Direct Bank et vs BĊE
(Kawża T-149/18)
(2018/C 161/68)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Arkéa Direct Bank (Puteaux, Franza), Caisse de Bretagne de Crédit Mutuel Agricole (Le Relecq Kerhuon, Franza), Crédit Mutuel Arkéa (Le Relecq Kerhuon), Crédit foncier et communal d’Alsace et de Lorraine-banque (Strasbourg, Franza), Fédéral Finance (Le Relecq Kerhuon), Arkéa Home Loans SFH (Brest, Franza), Arkéa Banking Services (Pariġi, Franza), Arkéa Public Sector SCF (Le Relecq Kerhuon), Arkéa Banque Entreprises et Institutionnels (Le Relecq Kerhuon), Keytrade Bank Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-Artikolu 8 tad-deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB/SSM/2017 – 9695000CG7B84NLR5984/207 tad-19 ta’ Diċembru 2017, sa fejn jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu dwar l-impenji ta’ pagament irrevokabbli għal dak li jirrigwarda l-iskemi ta’ garanzija għal depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;
—
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-143/18, Société générale vs BĊE.
Full & Egal Universal Law Academy