30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/55
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)
(Kawża T-155/18)
(2018/C 152/65)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sona Nutrition Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solgar Holdings, Inc. (Ronkonkoma, New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kuluri aħdar, kannella ċar, beige, kannella skur, u kannella deheb, SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 781 315
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1323/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Solgar Holdings, Inc., jekk ser tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy