23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/69
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Caprice Schuhproduktion vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-157/18)
(2018/C 142/88)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Caprice Schuhproduktion GmbH u Co. KG. (Pirmasens, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens u A. Willems, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ir-rikors ammissibbli;
—
tannulla ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi. Il-motivi invokati huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-127/18, Cortina u FLA Europe vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy