30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/57
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2018 – Theodorakidi vs EUIPO – Benopoulou (THYREOS VASSILIKI)
(Kawża T-160/18)
(2018/C 152/67)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vassiliki Theodorakidi (Veroia, il-Greċja) (rappreżentant: F. Ikonomidou Ikonomou, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vassiliki Benopoulou (Kifissia, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrentil
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “THYREOS VASSILIKI” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 206 963
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 40/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-ora għall-ispejjeż, inklużi dawk imġarrba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bord tal-appell tal-EUIPO u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
Il-Bord tal-Appell tal-EUIPO wettaq żball ta’ liġi meta ddikkjara li l-parti l-oħra hija “ferm magħrufa”;
—
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni;
—
Il-Bord tal-Appell tal-EUIPO wettaq żball meta aċċetta li ma għandu jkun hemm ebda restrizzjoni fir-rigward tal-oġġetti/servizzi li għalihom id-dikjarazzjoni tal-invalidità għandha tiġi milqugħa.
Full & Egal Universal Law Academy