30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/58
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2018 – Beko vs EUIPO – Acer (ALTUS)
(Kawża T-162/18)
(2018/C 152/68)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Beko plc (Watford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Tritton, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Acer, Inc. (Tajpei, it-Tajwan)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-UE ALTUS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 490 809
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1991/2016-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża lill-EUIPO sabiex jeżamina mill-ġdid it-talba għal sospensjoni;
—
tordna s-sospensjoni tal-proċeduri;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
L-EUIPO żbalja meta ma laqax it-talba għas-sospensjoni tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni sal-eżitu tal-proċedura Slovakka. B’mod partikolari, ir-raġunament tal-Ħames Bord tal-Appell kien manifestament żbaljat u/jew irraġonevoli u/jew naqas milli jindirizza l-“problema fl-intier tagħha” u għalhekk ma kienx f’pożizzjoni li jqis id-diversi interessi inkwistjoni u/jew kien jammonta għal abbuż tal-poter.
Full & Egal Universal Law Academy