7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/69
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – VJ vs SEAE
(Kawża T-180/18)
(2018/C 161/86)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: VJ (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
taqta’ u tiddeċiedi
—
id-dikjarazzjoni ta’ kalkolu li s-SEAE bagħtlu permezz ta’ posta elettronika kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, id-dikjarazzjoni tas-salarju li permezz tagħha ingħata/ser jingħata l-ħlas tal-allowance tal-edukazzjoni għal uliedu;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-istanza.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, in-nota tal-15 ta’ April 2016 li fuqha hija bbażata u l-Guidelines tas-SEAE jiksru r-Regolamenti tal-Persunal u l-Anness X tiegħu.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni individwali kkontestata. Dan il-motiv huwa kompost minn ħames partijiet.
—
L-ewwel parti, ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ previdenza, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet kweżiti tar-rikorrent.
—
It-tieni parti, ibbażata fuq ksur tal-impenji sottoskritti mis-SEAE, fuq amministrazzjoni ħażina kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrent.
—
It-tielet parti bbażata fuq ksur tad-dritt għall-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni.
—
Ir-raba’ parti bbażata fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.
—
Il-ħames parti bbażata fuq l-assenza ta’ bbilanċjar tal-interessi u tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-miżura adottata.
Full & Egal Universal Law Academy