Kawża T-186/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2018 – Abaco Energy et vs Il-Kummissjoni
C2212018MT2810120180314MT0035281292
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2018 – Abaco Energy et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-186/18)2018/C 221/35Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Abaco Energy, SA (Madrid, Spanja), u 1660 oħra (rappreżentanti: P. Holtrop, P. Kuypers u M. de Wit, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7384 finali tal-10 ta’ Novembru 2017 fil-Każ SA.40348 (2015/NN) dwar is-sostenn għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn riżorsi tal-enerġija rinnovabbli, koġenerazzjoni u skart; ( 1 )
—
tordna lill-Kummissjoni toħroġ evalwazzjonijiet separati tal-iskema preċedenti u tal-iskema attwali, skont id-dritt tal-Unjoni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni.
—
Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li twettaq b’mod diliġenti l-obbligi tagħha taħt it-Trattati. Il-Kummissjoni kellha l-opportunità, l-informazzjoni u r-riżorsi meħieġa sabiex tevalwa l-iskema preċedenti bħala parti mill-evalwazzjoni tagħha fl-għoti tad-deċiżjoni u kif meħtieġ skont il-liġi. Bi ksur tal-istandards mistennija minnha taħt it-Trattati, il-Kummissjoni naqset milli twettaq dan l-obbligu billi naqset milli twettaq evalwazzjoni indipendenti tal-iskema preċedenti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt manifest.
—
Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt manifest meta kkonstatat li l-iskema preċedenti ġiet assorbita mill-iskema attwali. Huwa manifest li ma kien hemm ebda assorbiment u li minflok, f’kull żmien rilevanti, kien hemm żewġ skemi kompletament separati, li kull waħda minnhom kienet teħtieġ l-evalwazzjoni tagħha sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest.
—
Il-Kummissjoni naqset milli tapplika korrettament il-Linji Gwida vinkolanti tal-Kummissjoni opportuni, b’mod li aġixxiet b’mod kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonstatat li peress li fil-fehma tagħha kien hemm assorbiment tal-iskema preċedenti mill-iskema attwali, ma kienx hemm ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-iskema preċedenti. Ir-rikorrenti jargumentaw li, b’din il-konstatazzjoni, il-Kummissjoni aġixxiet b’mod kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti.
—
Il-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti li tippermetti lir-rikorrenti jifhmu l-bażi li fuqha l-Kummissjoni tat id-deċiżjoni. Ma joħorġux ċar mid-deċiżjoni (i) ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni kkonstatat li l-iskema preċedenti ġiet assorbita mill-iskema attwali, u (ii) il-bażi li fuqha l-assorbiment ta’ skema minn oħra jipprekludi l-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-ewwel skema għall-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. It-tnejn kienu konstatazzjonijiet importanti li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċizjoni. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ġew imċaħħda mid-dritt fundamentali tagħhom li jingħataw deċiżjoni li tippermettilhom jifhmu kif u għaliex il-Kummissjoni wasslet għall-konklużjonijiet espressi fid-deċiżjoni.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq abbuż ta’ poter u ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.
—
Il-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti li tippermetti lir-rikorrenti jifhmu l-bażi li fuqha l-Kummissjoni tat id-deċiżjoni. Ma joħorġux ċar mid-deċiżjoni (i) ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni kkonstatat li l-iskema preċedenti ġiet assorbita mill-iskema attwali, u (ii) il-bażi li fuqha l-assorbiment ta’ skema minn oħra jipprekludi l-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-ewwel skema għall-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. It-tnejn kienu konstatazzjonijiet importanti li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċizjoni. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ġew imċaħħda mid-dritt fundamentali tagħhom li jingħataw deċiżjoni li tippermettilhom jifhmu kif u għaliex il-Kummissjoni wasslet għall-konklużjonijiet espressi fid-deċiżjoni.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
—
Il-Kummissjoni injorat l-interessi tar-rikorrenti billi ma pprovdietx evalwazzjoni indipendenti tal-iskema preċedenti, biex b’hekk kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
( 1 ) OJ 2017 C 442, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy