14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/40
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – Papaconstantinou et vs Il-Kunsill et
(Kawża T-188/18)
(2018/C 166/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Adonis Papaconstantinou (Nikosija, Ċipru) u 722 oħra (rappreżentanti: A. Markides, M. Ioannides, C. Velaris u C. Velaris, avukati, A. Robertson, QC, u G. Rothschild, Barrister)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Grupp tal-Euro (rappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti msemmija fl-iskeda annessa mar-rikors flimkien mal-interessi mis-26 ta’ Marzu 2013 sas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħala kumpens għad-dannu subit b’riżultat tad-deċiżjonijiet tal-Grupp tal-Euro fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ Cyprus Popular Bank Public Co Ltd (iktar ’il quddiem “Laiki Bank”), tal-bail-in ta’ Bank of Cyprus Public Company Limited (iktar ’il quddiem “Bank of Cyprus”) u tal-bejgħ tal-assi u tan-negozju tal-banek imsemmija fil-Greċja, u/jew bħala riżultat tal-provvista ta’ għajnuna fil-forma ta’ likwidità ta’ emerġenza lil Laiki Bank bil-kunsens tal-Bank Ċentrali Ewropew u tat-trasferiment sussegwenti taħt id-direzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tar-responsabbiltà rilevanti lil Bank of Cyprus;
jew alternattivament:
—
tiddikjara li l-konvenuti għandhom responsabbiltà mhux kuntrattwali u tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita bil-għan li jiġi stabbilit it-telf effettivament rekuperabbli tar-rikorrenti;
u f’kull każ:
—
tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ispejjeż tar-rikors.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-147/18, APG Intercon et vs Il-Kunsill et.
Full & Egal Universal Law Academy