4.6.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/33
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2018 – Solwindet las Lomas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-190/18)
(2018/C 190/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Solwindet las Lomas, SL (Girona, Spanja) (rappreżentant: L. Sandberg Mørch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 ta’ Novembru 2017 fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.40348 (2015/NN) – Spanja – Appoġġ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinovabbli, koġenerazzjoni u skart; (1)
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Ir-rikorrenti tallega li hemm provi ta’ diffikultajiet serji fir-rigward tat-tul u ċ-ċirkustanzi tal-proċedura ta’ investigazzjoni preliminari.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ħlasijiet riċevuti minn faċilitajiet eżistenti taħt l-iskema preċedenti.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l- Kummissjoni ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-allegata eżistenza ta’ għajnuna b’rabta mal-ħlasijiet riċevuti mill-faċilitajiet eżistenti taħt l-iskema preċedenti.
(1) ĠU 2017 C 442, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy