7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/72
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Rietze vs EUIPO – Volkswagen (Vetturi)
(Kawża T-192/18)
(2018/C 161/90)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rietze GmbH & Co. KG (Altdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali Nru DM/073118-3 li tindika l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1244/2016-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell u tinvalida l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn DM/073118-3 fl-Unjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy