14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/42
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2018 – Andreas Stihl vs EUIPO – Giro Travel (tagħqid tal-kuluri ġriż u oranġjo)
(Kawża T-193/18)
(2018/C 166/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Andreas Stihl AG & Co. KG (Waiblingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Völker, M. Pemsel u C. Eulenpesch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giro Travel Company (Roman, ir-Rumanija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark bil-kulur tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta t-tagħqid tal-kuluri griż u oranġjo – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 472 723
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 200/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 4 moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy