Kawża T-195/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Talanton vs Il-Kummissjoni
C2112018MT2210120180316MT0028221232
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Talanton vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-195/18)2018/C 211/28Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Talanton, Anonimi Emporiki — Simvouleftiki – Ekpaideftiki Etairia Dianomon, Parochis Ipiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitolob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tordna perizja dwar in-nuqqasijiet fil-kontrolli mwettqa f’isem il-konvenut;
—
tiżgura, minn naħa waħda, li (a) in-nota ta’ debitu 3241801228, mibgħuta lir-rikorrent fil-15 ta’ Jannar 2018, u li biha l-konvenuta titlob il-ħlas lura ta’ EUR 481835,56, għall-kuntratt ta’ xogħlijiet FP7-215952 PERFORM, abbażi tal-konklużjonijiet tal-awditu 11-ΒΑ135-006, tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tiegħu, peress li l-ispejjeż eliġibbli għall-kuntratt inkwistjoni jammontaw għal EUR 605217, li minnhom EUR 490711 huma kontribuzzjoni tal-Unjoni, u li r-rikorrent għandu jirrimborsa lill-konvenuta l-ammont ta’ EUR 21171, u mhux l-ammont ta’ EUR 481835,56, u min-naħa l-oħra, li (b) in-nota ta’ debitu 3241801229, mibgħuta lir-rikorrent fil-15.1.2018, u li biha l-konvenuta titlob il-ħlas lura ta’ EUR 29694,10 bħala l-ammont ta’ likwidazzjoni tad-danni, tikkostitwixxi ksur korrispondenti tal-obbligi kuntrattwali tiegħu.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-eżekuzzjoni f’bona fide tal-kuntratt u fuq il-projbizzjoni ta’ applikazzjoni illegali tal-klawżoli kuntrattwali:
—
ir-rikorrent jiddikjara li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ bona fide, peress li l-verifika ppjanata saret b’mod illegali minn terz, li huwa estranju għall-persunal tal-kuntrattur maħtur mill-konvenuta jew tas-sottokuntrattur approvati espressament minn din tal-aħħar, li dwarha, matul it-twettiq tal-verifika, tqajmu kwistjonijiet ta’ imparzjalità, għalkemm aġixxa b’mod illeġittimu.
2.
It-tieni aggravju, dwar il-klawżola ta’ arbitraġġ:
—
ir-rikorrent ipproduċa provi alternattivi suffiċjenti inklużi affidavits, ittri rilevanti tal-persunal tar-rikorrent, dokumenti prodotti matul il-fażi ta’ tqettiq, qatt ikkontestati, u li l-konvenut ma ħaditx inkunsiderazzjoni;
—
ir-rikorrent jistabbilixxi fid-dettall disa’ u tletin raġuni għaliex ir-rapport ta’ verifika huwa impreċiż, defiċjenti, mhux affidabbli u jwassal għal konklużjonijiet żbaljati.
Full & Egal Universal Law Academy