4.6.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/34
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – JV Voscf et vs Il-Kunsill et
(Kawża T-197/18)
(2018/C 190/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JV Voscf LTD (Limassol, Ċipru) u 9 oħra (rappreżentanti: P. Tridimas, Barrister, K. Kakoulli, P. Panayides u C. Pericleous, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Grupp tal-Euro u l-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti indikati fl-iskeda annessa ma dan ir-rikors flimkien mal-interessi mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-ġudizzju tal-Qorti tal-Ġustizzja;
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Alternattivament, bħala talba sussidjarja, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha
—
tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea u/jew l-istituzzjonijiet konvenuti inkorrew responsabbiltà mhux kuntrattwali;
—
tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit it-telf rekuperabbli attwalment imġarrab mir-rikorrenti; u
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jqisu li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni interna (“bail-in”) adottati mir-Repubblika ta’ Ċipru ġew introdotti biss għall-implimentazzjoni ta’ miżuri adottati mill-konvenuti u li kienu wkoll approvati mill-istituzzjonijiet konvenuti. Ir-rikorrenti jqisu li l-iskema ta’ rikapitalizzazzjoni interna tikkostitwixxi ksur serju u insostenn tar-rikors tagħhom huma jinvokaw erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għall-proprjetà, kif imħares mill-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalita.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy