Kawża T-200/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2018 – Fersher Developments u Lisin vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE
C2112018MT2310120180320MT0029231231
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2018 – Fersher Developments u Lisin vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE
(Kawża T-200/18)2018/C 211/29Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fersher Developments LTD (Nikosija, Ċipru) u Vladimir Lisin (rappreżentant: R. Nowinski, Barrister)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tordna lill-Unjoni Ewropea sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu sostnut mir-rikorrenti minħabba fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni tal-Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalità ekonomika fl-ammonti stabbilit fit-talba jew f’dak l-ammont li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li huwa dovut lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali sostnuti għas-tressiq ta’ din it-talba.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi essenzjalment identiċi jew simili għal dawk imqajma fil-Kawża T-161/15, Brinkman (Steel Trading) et vs Il-Kunsill u Il-BĊE.
Full & Egal Universal Law Academy