Kawża T-208/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Nessim Daoud et vs Il-Kunsill et
C2112018MT2320120180323MT0030232242
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Nessim Daoud et vs Il-Kunsill et
(Kawża T-208/18)2018/C 211/30Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Magdy Milad Nessim Daoud (Blainville, il-Kanada), Larsennar Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) u Maxim Zakharchenko (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: A. Markides, M. Ioannides, C. Velaris u C. Velaris, avukati, A. Robertson, QC u G. Rothschild, barrister)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Grupp tal-Euro (rappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti indikati fit-tabella mehmuża mar-rikors, miżjudin bl-interessi dekorsi sa mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-għoti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali,
jew, sussidjarjament,
—
tikkonstata li l-konvenuti sostnew responsabbiltà mhux kuntrattwali u tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit it-telf riparabbli effettivament subit mir-rikorrenti;
u, fi kwalunkwe każ,
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi essenzjalment identiċi jew simili għal dawk imqajma fil-Kawża T-147/18, APG Intercon et vs Il-Kunsill et.
Full & Egal Universal Law Academy