14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/47
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2018 – Brita vs EUIPO (Forma ta’ vit għall-preparazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ bibiti)
(Kawża T-213/18)
(2018/C 166/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Brita GmbH (Taunusstein, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni bil-kulur abjad u iswed (Forma ta’ vit għall-preparazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ bibiti – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 053 068
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1864/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna li għandha tiġi aċċettata l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 053 068 għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 7, 11, 21, 37 u 40;
—
tikkundanna lill-EUIPO kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta’ BRITA GmbH.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;
Full & Egal Universal Law Academy