Kawża T-216/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Pozza vs Il-Parlament
C2112018MT2610120180328MT0033261272
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Pozza vs Il-Parlament
(Kawża T-216/18)2018/C 211/33Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Geoffray Pozza (Waldbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara u tiddeċiedi,
—
id-deċiżjoni li ma jibqax jitħallas l-allowance tal-espatrijazzjoni mill-1 ta’ Mejju 2017 hija annullata;
—
il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-Paralment allegatament interpreta b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni meta ħa id-deċiżjoni li ma jibqax iħallas l-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Parlament ma għandux kompetenza sabiex jieħu d-deċiżjoni kkontestata, peress li t-trasferiment interistituzzjonali ta’ uffiċjal ma jikkostitwixxix reklutaġġ ġdid u, konsegwentement, il-Parlament ma setax juża l-pretest tat-trasferiment tar-rikorrent sabiex jistabbilixxi, għat-tieni darba, id-dritt tiegħu għall-allowance tal-espatrijazzjoni.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi kif ukoll tad-deċiżjoni preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri li tistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrent, sa fejn kull att amministrattiv adottat minn istituzzjoni għandu preżunzjoni ta’ legalità u fejn, f’dan il-każ, id-deċiżjoni preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri allegatament tat aspettattiva leġittima lir-rikorrent li ser jibqa’ jieħu l-allowance tal-espatrijazzjoni sakemm jibqa’ assenjat għal-Lussemburgu.
Full & Egal Universal Law Academy