Kawża T-217/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – DK vs SEAE
C2112018MT2710120180328MT0034271271
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – DK vs SEAE
(Kawża T-217/18)2018/C 211/34Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: DK (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddeċiedi li:
—
id-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2017 li timponilu sanzjoni dixxiplinari li permezz tagħha l-ammont nett tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu huwa mnaqqas b’20 %, jiġifieri li jinżamm ammont ta’ EUR 1015 fix-xahar, sat-30 ta’ Settembru 2025 taħt l-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, hija annullata;
—
sussidjarjament, li s-SEAE huwa kkundannat iħallas lir-rikorrent somma, li l-ammont tagħha huwa ffissat ex aequo et bono, bħala kumpens għad-dannu mġarrab;
—
is-SEAE huwa, fi kwalunkwe każ, ikkundannat għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata sa fejn, minn naħa, l-Awtorità tal-Ħatra ħadet inkunsiderazzjoni dannu għall-integrità tal-istituzzjoni mir-rikorrent li madankollu kien diġà ġie kkumpensat, u, min-naħa l-oħra, it-tul tas-sanzjoni dixxiplinari imposta huwa arbitrarju sa fejn ġie ffissat inkonnessjoni mal-età legali tal-irtirar tar-rikorrent.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata minħabba l-assenza illegali li tittieħed inkunsiderazzjoni l-anzjanità tal-fatti, minħabba l-assenza li jittieħed inkunsiderazzjoni l-ksur tal-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal matul il-proċedura kriminali, kif ukoll minħabba l-assenza li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-familja tar-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy