4.6.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/36
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2018 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-218/18)
(2018/C 190/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewoprea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-31 ta’ Lulju 2017 fil-Każ SA.47969, C(2017)5289 – L-Ajruport ta’ Hahn;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, dan li ġej:
—
żbalji proċedurali, sa fejn il-konvenuta għamlet “deal” mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-għajnuna mogħtija lil Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH (iktar ’il quddiem “FFHG”) u lil Ryanair;
—
nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi fattwali essenzjali, minkejja li l-konvenuta kellha għarfien sħiħ tagħhom fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;
—
rappreżentazzjoni parzjalment inkorretta tal-fatti tal-kawża;
—
nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ għajnuna oħra favur FFHG li finalment ngħatat lil Ryanair bħala l-utent prinċipali tal-ajruport.
Full & Egal Universal Law Academy