Kawża T-224/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2018 –PV vs Il-Kummissjoni
C2212018MT2910120180411MT0036291313
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2018 –PV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-224/18)2018/C 221/36Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PV (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara din it-talba ammissibbli u fondata;
konsegwentement, tordna li:
—
tgħaqqad dan ir-rikors mal-kawża pendenti T-786/16 konformement mal-prinċipju tal-konnettività u mal-Artikolu 68 tar-Regolament ikkonsolidat tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2015;
—
tikkunsidra l-fastidju psikoloġiku kif stabbilit u tikkonferma l-użu ta’ “dikjarazzjonijiet intenzjonalment foloz”, b’tali mod li dawn l-irregolaritajiet ma jiġux ittollerati mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea;
—
tannulla l-proċedura CMS 17/025 f’dawn l-aspetti kollha u tannulla d-deċiżjoni li fuqha huwa bbażat l-ilment R/8/18;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ “iffissar għal żero” tas-salrju tar-rikorrent mill-1 ta’ Ottubru 2017;
—
tannulla d-deċiżjoni li tikkostrinġi lir-rikorrent sabiex jipparteċipa fl-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni FP 2016 (sena kalendarja 2016) kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment R/502/17 tas-16 ta’ Marzu 2018, minħabba fastidju psikoloġiku u inkapaċità għax-xogħol;
—
tannulla d-deċiżjoni li ġġiegħel lir-rikorrent jipparteċipa fl-eżerċizzjuta’ evalwazzjoni FP 2017 (sena kalendarja 2017), minħabba fastidju psikoloġiku u li tannulla d-deċiżjoni li għaliha tressaq l-ilment R/121/18;
—
tannulla d-deċiżjoni u kif ukoll tiċħad l-ilment R/413/17 tal-15 ta’ Jannar 2018 li permezz tagħha r-rikorrent ġie riallokat fid-DG SCIC, bil-ksur tal-prinċipju ta’ premura l-iktar elementari;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-PMO ([X]) tat-12 ta’ Settembru 2017 li ddeċidiet il-kumpens tan-nota ta’ debitu Nru ABAC 324170991 tal-20 Lulju 2017 fl-ammont ta’ EUR 42704,74 mas-salarji mhux imħallsa tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2016 sat-30 ta’ Settembru 2017, kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment R/482/17 tad-9 ta’ Marzu 2018;
u tagħti id-danni li ġejjin abbażi tal-Artikolu 340 TFUE:
—
tordna l-kumpens għad-dannu psikoloġiku ta’ EUR 98000 li jirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet ikkontestati;
—
fir-irigward tad-dannu materjali, tagħti:
—
jew ammont ta’ EUR 23190,44 ta’ salarji arretrati għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2017 sat-30 ta’ April 2018 jekk il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrent huwa intitolat għall-intier tas-salrju tiegħu;
—
jew ammont ta’ EUR 7612,87 ta’ salarji arretrati għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2017 sat-30 ta’ April 2018 jekk il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrent huwa intitolat biss għad-differenza tas-salarju bejn is-salarju tiegħu mal-Kummissjoni u dak li kellu fis-settur privat;
—
finalment li tagħti d-danni globali ta’ EUR 121990,44, jew EUR 105612,87 bl-interessi moratorji sal-jum tal-ħlas sħiħ;
u fil-każijiet kollha:
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 1, 3, 4 u 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) kif ukoll tal-punt 2 tal-Artikolu 1e u l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“Istatut”) li tistabilixxi l-projbizzjoni tal-fastidju psikoloġiku.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 21a, 22b u 23 tal-Istatut li d-dsipożizzjonijiet tagħhom jistabilixxu l-projbizzjoni li jitwettqu l-atti illegali, b’mod partikolari billi r-rikorrent kien ġie kostrett jipparteċipa fl-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tal-2016 filwaqt li ma kienx hemm ebda xogħol mogħti minħabba inkapaċità għax-xogħl u minħabba r-revoka mill-1 ta’ Awwissu 2016.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur ta-Artikolu 41 tal-Karta u tal-Artikolu 11a tal-Istatut fir-rigward tal-kunflitti ta’ interessi diretti.
4.
Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ premura u ta’ assistenza, li ġie mwettaq permezz tad-deċiżjoni ta’ riallokazzjoni tar-rikorrent fid-DG SCIC.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-prinċipju tad-dritt tal-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq u tal-prinċipju ta’ legalità.
6.
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-punt 3 tal-Artikolu 9 tal-Anness IX tal-istatut u tal-prinċipju legali “non bis in idem”, li jivvizja l-proċedura dixxiplinarja CMS 17/025 mibdija kontra r-rikorrent.
7.
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta u b’mod iktar partikolari tat-termini raġonevoli għall-proċedura dixxiplinarja msemmija iktar ’il fuq.
Full & Egal Universal Law Academy