4.6.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/41
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 – Biolatte vs EUIPO (Biolatte)
(Kawża T-229/18)
(2018/C 190/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Biolatte Oy (Turku, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Ikonen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Biolatte” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 759 319
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 351/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;
—
tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali skont l-applikazzjoni ta’ Biolatte Oy ippreżentata fis-17 ta’ Awwissu 2016 (kif emendata fit-28 ta’ Ottubru 2016).
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/1001.
Full & Egal Universal Law Academy