Kawża T-230/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 – Czarnecki vs Il-Parlament
C2312018MT2710120180406MT0034271282
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 – Czarnecki vs Il-Parlament
(Kawża T-230/18)2018/C 231/34Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ryszard Czarnecki (Varsarvja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Frar 2018;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tad-dritt għall-preżunzjoni ta’ innoċenza, tad-dritt għad-difiża u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq “fumus persecutionis” u fuq abbuż ta’ poter.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
Full & Egal Universal Law Academy