Kawża T-231/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 – Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam vs EUIPO – Lupu (Djili)
C2002018MT4610120180404MT0058461461
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 – Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam vs EUIPO – Lupu (Djili)
(Kawża T-231/18)2018/C 200/58Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Dulovo, il-Bulgarija) (rappreżentant: C. Romiţan, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Victor Lupu (Bukarest, ir-Rumanija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Djili – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 497 662
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1902/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-appell ta’ Lupu Victor;
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-appellant Lupu Victor għall-ispejjeż tal-proċedimenti.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstata li kien hemm xebh fonetiku bejn is-sinjali;
—
Il-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstata li l-paragun kunċettwali ma kienx rilevanti f’dan il-każ.
Full & Egal Universal Law Academy