4.6.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/41
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 – Qualcomm vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-235/18)
(2018/C 190/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Qualcomm, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Pinto de Lemos Fermiano Rato, M. Davilla u M. English, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla jew, sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment l-ammont tal-multa;
—
tordna miżuri ta’ organizzazzjoni jew istruttorji li għalihom isir riferiment fit-talba; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji proċedurali manifesti;
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, tonqos milli tagħti motivazzjoni kif ukoll żnaturament tal-provi meta tiċħad id-difiża dwar l-effiċjenza ta’ Qualcomm;
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta tikkonstata li l-ftehimiet ikkontestati setgħu jipproduċu effetti antikompetittivi potenzjali;
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni rigward id-definizzjoni ta’ suq ta’ prodott rilevanti u li tiġi stabbilita pożizzjoni dominanti;
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni kif ukoll tonqos milli tagħti motivazzjoni fir-rigward tat-tul tal-ksur allegat;
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta tapplika l-linji gwida dwar il-kalkolu ta’ multi u tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità; u
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri.
Full & Egal Universal Law Academy